L-Avventura ta’ Emilja: Festa ta’ lwien u nar tal-art.
Emilja kienet bilqiegħda ħdejn it-tieqa, tħares lejn il-fjuri mlewna fil-ġnien tan-nanna Lina, waqt li fl-isfond tisma’ l-għasafar jgħannu. Rajt il-baħar jiddi fid-dawl tax-xemx u dgħajjes u vapurii meta n-nanna tgħidilha li għandha “pjan” dejjem tkun idea ġenjali!
Fil-pront, hekk kif in-nanna daħlet bil-fardal tagħha mimli petali tal-fjuri, lissnet minn taħt l-ilsien dak li ridt nisma’ jien!
“Illum se mmorru avventura speċjali oħra. Mhux biss se naraw spettaklu sabiħ u uniku imma se nivvjaġġaw bit-trasport pubbliku u nkomplu ngħinu lill-ambjent tagħna!”
Bi tbissima ħelwa fuq fommi, u b’ħaddejn jixegħlu ħomor peperin, minnufih staqsejt, “X’tip ta’ spettaklu, nanna?”
Weġbitni mill-ewwel. “Se mmorru l-Belt Valletta biex naraw il-Festival Internazzjonali tan-Nar! U l-aħjar ħaġa taf x’inhi? Se mmorru bit-trasport pubbliku b’xejn, grazzi għas-servizz ta’ Tallinja!”
Waqt li konna mexjin lejn il-waqfa, in-nanna Lina spjegat kemm hu importanti li nużaw it-trasport pubbliku.
“Kont taf, Emilja, li Tallinja żiedet aktar minn 400 vjaġġ ġdid kuljum, b’rotot ġodda u oħrajn aġġornati biex jagħmlu l-vjaġġi aktar effiċjenti? Issa nistgħu nivvjaġġaw aktar malajr u b’aktar għażliet, anke lejn żoni rurali jew dawk l-aktar imbiegħda,” kompliet tgħidli.
Hekk kif tlajna fuq il-karozza tal-linja sibna post ħelu ħdejn it-tieqa. Kienet ġurnata xemxija sabiħa, u kienet tħoss arja friska li tqanqallek xewqa li żżomm għajnejk miftuħin il-ħin kollu.
In-nanna ħarġet il-mowbajl tagħha u fetħet l-app ta’ Tallinja… u tafu x’rajt?
L-app turi eżatt fejn waslet il-karozza tal-linja, kemm fadlilha biex tasal u anke rotot oħra li jistgħu jwassluna fl-istess lokalità.
“Din verament utli, nann!” għedtilha b’konvinzjoni waqt li hi tbissmet.
Jien, bħas-soltu, poġġejt ħdejn it-tieqa, b’ħarsti ’l barra, napprezza l-madwar. Kemm għandna pajjiż sabiħ! Rajt il-baħar jiddi fid-dawl tax-xemx u dgħajjes u vapuri…