L-Avventura ta’ Emilja: Festa ta’ kuluri u nar man-nanna Lina

L-Avventura ta’ Emilja: Festa ta’ kuluri u nar man-nanna Lina

“Illum se mmorru l-Belt naraw spettaklu sabiħ tan-nar!” qaltli n-nanna Lina. “U se mmorru bil-karozza tal-linja, b’xejn! Taf li Tallinja żiedet 400 vjaġġ ġdid kuljum biex in-nies jaslu aħjar u aktar malajr?”

Tlaqna flimkien lejn il-waqfa, u n-nanna wrietni fuq il-mowbajl tagħha fejn kienet waslet il-karozza. Rajt ukoll rotot oħra li setgħu jwassluna! Kemm hi ta’ għajnuna din l-app!

Poġġejna ħdejn it-tieqa u ħarist lejn il-baħar ileqq, id-dgħajjes jgħumu bil-mod u l-pajsaġġ sabiħ tagħna. “Kemm hu sabiħ tivvjaġġa hekk!” għedt b’għajnejja jixegħlu.

Il-Belt kien hemm ħafna tfal u familji. Meta beda n-nar għajjatt bi ħġari!

BUMM! 💥 Dawl blu, aħmar, aħdar… bħall-fjuri fil-ġnien tan-nanna, imma fis-sema b’ħafna kuluri mħalltin f’xulxin!

“Nies bravi u speċjali jagħmlu dan ix-xogħol,” qaltli n-nanna, “u jagħmluh b’passjoni u b’ħafna dedikazzjoni.”

Fuq il-karozza tal-linja lura d-dar ħsibt għal ftit: ‘Illum mhux biss rajt nar sabiħ imma tgħallimt kemm hu importanti nieħdu ħsieb l-ambjent… u kemm jista’ jkun ta’ gost li nivvjaġġaw b’mod intelliġenti!’

U jien? Lesta għar-rotta li jmiss!